in-nar ta' l-ajru
 
  [ Album ]  

L-ewwel hjiel ta’ attivita’ piroteknika b’ konnessjoni mat-twemmin Guzeppin f’ Hal Kirkop, nohduh proprju mill-kotba tal-finanzi tal-Fratellanza ta’ San Guzepp, fejn il-Kappillan Barbara isemmi hruq ta’ maskli u porvli fl-ewwel professjoni tal-Fratelli Guzeppini, li sehhet f’ Ottubru 1878.  Aktar spejjez ghal maskli u porvli nibdew niltaqghu maghhom fl-istess registri sa mill-Festa ta’ San Guzepp ta’ l-1879, li dak iz-zmien kienet issir fl-ewwel Hadd t’ Awissu.  Kif kien jirrakkonta tajjeb il-veteran tal-Festa Pietru Attard (li halliena f’ April 1994), fis-snin 30, tul il-Presidenza tat-Tabib Guzeppi Bartolo, il-Kumitat tas-Socjeta` Guzeppina beda jistinka biex ikollu post tan-nar adegwat li fih id-dilettanti Guzeppini ikunu jistghu jahdmu fil-kumdita` u sigurta`.  Huwa fatt maghruf li l-imsemmi President Bartolo kien li xpruna u heggeg din l-idea u kien strumentali biex giet akkwistata bicca art bejn Hal Safi u Hal Kirkop imsejha Ta’ Taqsisa. 

F’ Novembru tas-sena 1976, il-post tan-nar imsemmi aktar ‘il fuq sploda f’ cirkustanzi misterjuzi matul il-lejl.  Ghal diversi snin, in-nar kien jinhadem f’ kumplessi tan-nar ohrajn u ghalhekk il-hruq tan-nar fil-Festa ta’ San Guzepp ha daqqa ta’ harta.  Lejn l-ahhar tas-snin tmenin, il-Kumitati tas-Socjeta` regghu bdew jahsbu bis-serjeta` biex jixtru art ohra fil-madwar ta’ Hal Kirkop, halli jinbena kumpless gdid ta’ post tan-nar modern.  Ghal dan il-ghan, inxtrat ghalqa kbira f’ post imsejjah il-Hlantun li jinsab bejn Hal Safi u z-Zurrieq, u fuq din l-art, il-Partitarji Guzeppini b’ hegga kbira bdew jibnu il-kmamar u l-imhazen li llum jiffurmaw is-St. Joseph Fireworks Factory.  Dan ix-xoghol tlesta lejn l-ahhar tas-sena 1993 u l-Kumitat beda jahdem biex issir cerimonja ta’ inawgurazzjoni dinjituza u xierqa.  L-1 ta’ Mejju, il-jum li fih il-Knisja Universali tiffesteggja il-Festa ta’ San Guzepp Haddiem, bir-ragun gie maghzul ghall-Ftuh Ufficjali ta’ dan il-Post tan-Nar.  Dakinhar filghodu, ghall-habta tad-9.30, il-Banda San Guzepp, akkumpanjata minn numru ta’ partitarji bdiet marc brijuz mit-tarf tat-triq taz-Zurrieq tul l-isqaq li jwasslek sal-Post tan-Nar.  Il-Post tan-Nar il-gdid gie inawgurat mill-President tas-Socjeta` ta’ dak iz-zmien is-Sur Michael Baldacchino u l-Licencee tal-Post is-Sur Leonard Camilleri.  Inkixfet ukoll lapida kommemorattiva mill-persuni msemmija u fl-ahhar sar it-tberik mill-Kappillan ta’ dak iz-zmien il-W.R. Dun Karm Camilleri.  Wara sar riceviment kbir ta’ l-okkazjoni, waqt li l-Banda San Guzepp esegwiet programm muzikali taht id-direzzjoni ta’ l-ex-Surmast Direttur Mro. Alfred Farrugia.  Minn dik is-sena ‘l quddiem id-Dilettanti tan-Nar Guzeppini Koppin qatt ma harsu lura u ta’ kull sena bdew joffru harqa nar tajba li dlonk saret maghrufa mad-dilettanti tan-nar.  Ix-xoghol tan-nar beda jsir dejjem aktar spettakolari u mal-murtali tradizzjonali zdiedu il-blalen, l-isfejjer, ix-xokkijiet spettakolari, il-murtali l-kbar ta’ l-ghaxra, il-murtali tal-loghob u n-nar sinkronizzat mal-muzika.  Illum il-gurnata is-St. Joseph Fireworks Factory hija fabbrika maghrufa u rinomata bizzejjed mad-dilettanti tan-nar Maltin u Ghawdxin.  Tispecjalizza l-aktar fix-xoghol tal-beraq u l-murtali l-kbar. 

Minbarra li tipproduci kwantita` kbira ta’ murtali ghall-Festa ta’ San Guzepp, is-St. Joseph Fireworks Factory tiehu wkoll ordnijiet ta’ nar ghal Festi Maltin u Ghawdxin ohra. Ghaldaqstant, tul ix-xhur tal-festi maltin, l-Ghaqda tan-Nar tirrapprezenta lis-Socjeta` taghna f' diversi irhula lokali.

| In-Nar Ta' L-Art |

[ Fuq ]

 

 

festa2008
::: Designed & Developed by Simon Attard, Terence Cesare & JesEllul - Copyright © 2007 - Socjeta` Muzikali San Guzepp Kirkop :::