Meta Dun Guzepp Barbara D.D. ta l-bixra festiva lic-celebrazzjoni ad unur San Guzepp, haseb ukoll biex lil din il-Festa jaghniha b’ diversi opri kemm fil-Knisja, kif ukoll fit-toroq tar-rahal. Peress li Dun Guzepp kien disinjatur prim, ma kinitx haga difficli biex id-disinji jsiru b’ heffa u fl-istess hin aktar mill-qalb. Beda billi fl-1884, gab minn Marsilja flimkien ma’ l-istatwa ta’ San Guzepp tal-Knisja, 4 statwi mill-isbah tac-caqquf. Dawn l-istatwi unici fil-Gzejjer Maltin jirrapprezentaw lir-Re David, lill-Madonna, lil Abraham u lil Guzeppi l-Gust. Maghhom zied 4 statwi ohra: Gakobb, Izakk, il-Papa Piju IX u l-Papa Ljun XIII. Dwar iz-zewg Papiet, huwa fatt cert li dawn huma xoghol ta’ l-istatwarju Karlu Darmanin. Min-naha l-ohra ghall-istatwi ta’ Gakobb u Izakk m’ghandna l-ebda dokumentazzjoni ghalkemm jigu attribwiti lil Karlu Darmanin u Vincenzo Cremona rispettivament. Dawn l-istatwi rrikjedew sett ta’ 8 pedestalli biex ikunu jistghu jigu armati fuqhom. Ghal dan ix-xoghol dahal il-Fratell Guzeppin Giovanni Battista Cutajar, li sa dak iz-zmien kien ghadu attiv fil-partit ta’ San Guzepp. Huwa hadem mhux biss il-pedestalli msemmija izda aktar armar fosthom kolonni tal-pilandri ghal bejn dawn l-istatwi u sett trofej u pilandri ohra ghal Misrah Hal Kirkop. Id-dawra taz-zuntier kienet ukoll imzejna bil-pilandri. Nafu fic-cert ukoll li l-Kappillan ix-Xih kien jarma minn quddiemu (faccata ta’ l-Iskola) sa’ l-Ghassa. L-armar kien jikkonsisti f’ sett ta’ 6 armi tat-trofej fuq serratizzi u zewg angli li kienu jintramaw faccata ta’ xulxin quddiem l-ghassa. Kemm fuq l-armi, kif ukoll fuq il-pedestalli kienet tidher dejjem b’ mod prominenti l-monogramma JMJ – San Guzepp Kap tas-Sagra Familja, bhala l-arma tal-Fratellanza. Dun Guzepp ukoll kien holom bi progett kbir li ghadu jissemma sal-lum. Din kienet pilandra kbira maghrufa bhala l-farkizzana, mimlija b’ ghexieren ta’ tazzi taz-zejt kollha mpittrin bis-simboli Guzeppini. Biex wiehed jiehu idea tal-kobor taghha, l-frieghi taghha kienu jifthu sa dijametru ta’ 12-il pied, u kienet tintrama bejn il-Kazin tal-Football u l-Mother’ s Butcher. Din b’ hasra kbira ilha s-snin li spiccat u ma fadal kwazi xejn minnha.

Ftit wara l-mewt ta’ Dun Guzepp Barbara D.D., f’ Malta tlaqqa l-mishut Koncilju Regjonali li impona diversi restrizzjonijiet fuq il-Festi hekk imsejha sekondarji. L-idea kienet biex dawn jew jinqatghu ghal kollox b’ mewta naturali jew li almenu jitbaxxew biex toghla aktar il-festa parrokkjali. S’ intendi l-Festa ta’ San Guzepp intlaqtet hazin u l-armar kellu jonqos mit-toroq hlief ghal Misrah Hal Kirkop u Triq il-Parrocca. Fis-snin hamsin, wara li l-poplu beda jistejqer sew mill-herba u l-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija, bdew jahsbu biex jaghmlu 3 pavaljuni tad-drapp ghall-Balla (il-Pjazza tal-Knisja) li tajjeb nghidu li din infethet permezz ta’ bomba ta’ l-ghadu li waqghet qrib il-Knisja. Dawn il-pavaljuni li kienu jintramaw 2 magenb il-Knisja u l-iehor fit-tarf ta’ Triq Mons. M. Barbara, tpittru mill-pittur Zejtuni Guzeppi M. Caruana u kienu juru l-episodji tat-Twelid tal-Bambin, il-Harba lejn l-Egittu u San Guzepp Haddiem. Aktar qabel, fl-1949 l-istatwi kollha li jintramaw kienu gew irrestawrati mill-Induratur Lorenzo Gatt mill-Birgu u saret statwa ta’ San Guzepp mill-istatwarju Xandru Mallia ta’ Hal Qormi. Fis-snin sittin, Triq il-Parrocca kienu sarulha wkoll 3 pavaljuni kbar tal-karti.

Fis-sena 1975, wara diversi snin ta’ konfrontazzjonijiet u diskussjonijiet, inghataw lura d-drittijiet tal-permessi Esterni. Dan nissel hegga kbira u nteress fil-Partitarji biex it-toroq tar-rahal ikunu armati mill-gdid b’ mod sabih kollha kemm huma. L-ewwel ma nbeda kien il-progett tal-fustuni u l-mains tad-dawl, fejn hawn inhadmu kollha mill-Partitarji biex saru kollha tas-Socjeta`. Imbaghad bdew jinhietu l-pavaljuni tad-drapp b’ siltiet mill-Hajja Glorjuza ta’ San Guzepp impittrin fic-centru taghhom. L-ewwel sett kien ta’ Triq il-Kbira, li llum jintrama fi Triq Santu Rokku. Il-hjata kienet issir mill-Patritarji Nisa Guzeppini, ewlenin fosthom Salvina Polidano u Maria u Katarin Agius, filwaqt li l-pittura minn Guzeppi Darmanin ta’ Birzebbugia. Is-Surmast tal-Banda San Guzepp ta’ dak iz-zmien Gaetano Zammit inhakem ukoll mill-entuzjazmu tal-Partitarji u flimkien ma’ Guzeppi Falzon hadem sett ta’ 10 kolonni trijangulari ghal Triq il-Kbira. Dawn ghall-Festa ta’ l-1976 inhargu bojod u ntramawlhom frieghi tal-palm fil-gastri. Fis-sentejn ta’ wara fuq hsieb ta’ Dennis Bennett saru sett ta’ 10 pilandri mill-isbah b’ 19-il globu jixeghlu f’ kull wahda. Dawn kienu l-ewwel pilandri bil-globi fil-Gzejjer Maltin. Ix-xoghol tal-landa sar mill-partitarji zghazagh. Gew irrangati l-armi tat-trofej l-antiki u sarulhom bnadar, krucetti u bandalori bil-pittura. Ix-xoghol kollu li nvolviet din it-Triq centrali gie inawgurat fil-Festa ta’ l-1978 mill-President ta’ Malta Dr. Anton Buttigieg, fl-okkazjoni tac-Centinarju tal-Fratellanza. Fis-snin ta’ wara sar ukoll sett pilandri aktar artistici ghall-Pjazza tal-Knisja u tkomplew il-pavaljuni ghat-Toroq: San Benedittu, San Guzepp, San Leonardu, San Pietru, Nejder, San Nikola u Valletta. Saru wkoll sett bandalori kbar bil-pittura ghal Misrah Hal Kirkop fuq idea tad-Direttur Spiritwali tas-Socjeta` Patri Adrijanu J Cachia ofm. Fis-sena 1987 inhadem Abraham gdid minn Dennis Bennett biex l-istatwi mprezzabbli tac-caqquf ma jintramawx aktar u jigu kkonservati fis-swali tal-Kazin. Fl-1991 l-istatwarju Tarxiniz Renzo Gauci hadem it-tliet statwi l-ohra. Fl-1992 Dennis Bennett hadem statwa gdida tal-marc u mis-sena ta’ wara nbeda x-xoghol fuq Pedestall kbir ghall-Pjazza tal-Knisja minn Guzeppi Falzon. Dan intrama ghall-ewwel darba abjad fil-Festa ta’ l-1995 u fis-sentejn ta’ wara gie rhamat u saritlu parti mill-iskultura. Fl-1997 saru z-zewg pavaljuni ta’ magenb il-Knisja mill-gdid fuq disinn u sfumar ta’ John Caruana minn Rahal Gdid u ghal darb’ ohra mpittrin minn Guzeppi Darmanin. Fis-sena ta’ wara nbdew sett ta’ 8 kolonni godda ghall-pilandri tal-Pjazza tal-Knisja.

Fis-sena 2000 gie rrestawrat l-armar kollu ta’ Triq il-Parrocca. Is-sena ta’ wara nhadmet l-istatwa sabiha ta’ Mose` mill-istatwarju Jesmond Bonello u fl-2002 inhietu mill-gdid il-bnadar tat-trofej ta’ Triq il-Kbira minn Maryrose Debono. Fl-2003 nbeda x-xoghol fuq sett ta’ tmien trofej godda ghal Triq il-Parrocca kompluti bl-istandardi u l-bandalori artistici li jirrapprezentaw il-Litanija ta’ San Guzepp. Dawn inhietu mill-Partitarji Nisa fuq disinn, sfumar u pittura ta’ Jeremy Cachia. Fl-istess sena nbdew sett bandalori godda ghall-Pjazza tal-Knisja b’ disinn u sfumar ta’ l-istess Jeremy Cachia u pittura tal-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi. Dawn jirrapprezentaw Il-Holma, It-Tieg, il-Milied, il-Harba, il-Mewt u l-Glorja. Fis-sena 2004 tkompla x-xoghol fuq dawn iz-zewg progetti u saru 2 pavaljuni godda ghal magenb il-Knisja b’ disinn u sfumar ta’ Jeremy Cachia. Saru wkoll 2 Bandalori ghall-Wesgha ta’ qabel Triq San Nikola li x-xoghol fuqhom twettaq ghal darb’ ohra minn Jeremy Cachia u jirrapprezentaw l-Istorja Ekklezjastika ta’ Hal Kirkop. Sentejn wara saret ohra parigghom. Fl-2004 wkoll inbeda progett ta’ restawr minn Jesmond Bonello ta’ l-istatwi li jintramaw u ghal dik is-sena messithom ix-xorti l-Papiet ta’ fuq iz-zuntier. Is-sena 2005 kienet sena specjali ghax fiha gie mfakkar il-50 Anniversarju mill-Festa ta’ San Guzepp Haddiem. Ghal dan il-ghan sa minn sentejn qabel giet ordnata opra ekwestri biex tibqa` tifkira dejjiema ta’ dan il-Gublew tal-Fidda. Din l-opra tikkonsisti f’ Pedestall kbir artistiku fuq disinn ta’ Jeremy Cachia, u statwa ghal fuqu li tirrapprezenta lis-Sagra Familja, xoghol tal-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Izzanznu wkoll ghal Triq Dun Karlu Taliana, 4 bandalori li jirrapprezentaw Maltin Devoti ta’ San Guzepp fuq disinn ta’ Silvio Pace, sfumar ta’ Redrian Micallef u pittura ta’ Adonai Camilleri Cauchi. Inbdew ukoll il-pavaljuni l-godda ghal Triq San Leonardu b’ disinn u sfumar ta’ Joseph Tanti, u gie rrestawrat Gakobb. Fis-sena 2006 gew irrestawrati Abraham u Izakk u nbdew il-pavaljuni ta’ Triq Valletta fuq disinn ta’ Silvio Pace, sfumar ta’ Redrian Micallef u pittura ta’ David Cioffi. Gie rhamat il-Pedestall tas-Sagra Familja u saritlu parti mill-iskultura. Sar ukoll pavaljun ghal Triq Sant Anglu fuq disinn u sfumar ta’ Josef Camilleri u tliet pavaljuni zghar ghal Triq il-Parrocca b’ disinn u sfumar ta’ Jeremy Cachia. Ghall-Festa tas-sena 2007 inbdew sett pedestalli godda ghal Triq il-Parrocca fuq disinn ta’ Jeremy Cachia, saret l-istatwa ta’ Isaija minn Jesmond Bonello, tkompliet l-iskultura tal-Pedestall tal-Balla minn Noel Cauchi, saru 4 krucetti originali fuq disinn ta’ Andrew Bugeja u tlestew 2 puttini ghal-Pedestall tas-Sagra Familja mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Inbdew zewg settijiet pavaljuni godda: ta’ Triq San Nikola b’ disinn, sfumar u pittura ta’ Josef Camilleri, filwaqt li ta’ Triq San Guzepp b’ disinn ta’ Joseph Cauchi u sfumar ta’ Redrian Micallef. Sar ukoll pavaljun ghal hdejn il-Kazin tal-Football b’ disinn, sfumar u pittura ta’ Adonai Camilleri Cauchi u gie rrestawrat l-Anglu tac-Centinarju minn Andrew Bugeja. F’ din l-istess sena gew irrestawrati u rhamati mill-gdid il-kolonni tal-pilandri ta’ Triq il-Kbira u zzanznet opra artistika li tikkonsisti f’ Bandalora Unika, Rikka u Originali ghal magenb is-Sagristija. Din saret fuq disinn ta’ Jeremy Cachia u minflok pittura ghandha riljiev tal-fibre li jirrapprezenta lil San Mark Evangelista mahdum mill-istatwarju Pawlu Aquilina. Hal Kirkop fl-ahhar snin sar mekka ghall-armar gdid li qed jizzanzan u dan qed jigi apprezzat mid-dilettanti ta’ l-armar kollha. Il-progetti ghal aktar xoghlijiet fl-armar huma diga` mahsuba…jiddependu biss mill-generozita` ta’ l-ghajnuna finanzjarja tal-Partitarji Guzeppini li dejjem taw mill-qalb biex jaraw lir-rahal ghaziz taghna ghal darba f’ sena jilbes libsa sabiha li tassew tixraqlu ta’ opri artistici minn idejn l-aqwa artisti kontemporanji Maltin u Ghawdxin.
|