nartalart
 
  [ Album ]  

Sa mill-ahhar snin tas-seklu 19, il-piroteknika b’ konnessjoni mat-twemmin Guzeppin f’ Hal Kirkop kienet diga tezisti bil-kbir. Dan jinsab dokumentat fil-kotba tal-finanzi tal-Fratellanza ta’ San Guzepp, fejn il-Kappillan Barbara isemmi hruq ta’ maskli u porvli fl-ewwel professjoni tal-Fratelli Guzeppini, li sehhet f’ Ottubru 1878.  Aktar spejjez ghal maskli u porvli nibdew niltaqghu maghhom fl-istess registri sa mill-Festa ta’ San Guzepp ta’ l-1879, li dak iz-zmien kienet issir fl-ewwel Hadd t’ Awissu. 

Kif kien jirrakkonta tajjeb il-veteran tal-Festa Pietru Attard (maghruf bhala l-Granpun li halliena f’ April 1994), fis-snin 30, tul il-Presidenza tat-Tabib Guzeppi Bartolo, il-Kumitat tas-Socjeta` Guzeppina beda jistinka biex ikollu post tan-nar adegwat li fih id-dilettanti Guzeppini ikunu jistghu jahdmu fil-kumdita` u sigurta`.  Huwa fatt maghruf li l-imsemmi President Bartolo kien li xpruna u heggeg din l-idea u kien strumentali biex giet akkwistata bicca art bejn Hal Safi u Hal Kirkop imsejha Ta’ Taqsisa. 

Mal-medda taz-zmien, Il gioco di fuoco (in-nar ta' l-art) ha spinta 'l quddiem fis-sehem tieghu ghall-festa Guzeppina f'Hal Kirkop. Infatti Hal Kirkop kien minn ta' l-ewwel f'Malta li kien beda jhaddan din l-arti. Ghaldaqstant, l-Ghaqda kienet tesebixxi xoghol f'diversi festi ohra aparti dik ta' San Guzepp.

Sena important ghall-Ghaqda tan-nar ta' l-art hija l-1948. F'din is-sena l-partitarju Guzeppi Falzon imlaqqam il-Basla, maghruf ma’ Malta kollha ghall-kapacita` tieghu fin-nar ta’ l-art, kien hareg bl-innovazzjoni tal-Katina.

Fis-sena 2007, il-Kunsill Lokali tal-Floriana organizza ghall-ewwel darba l-Festival Nazzjonali tan-Nar ta’ l-Art fuq il-Fosos.  Is-St. Joseph Fireworks Factory giet mistiedna tikkompeti u accettat.  Bhala ghaqda tan-nar li minnha originat il-famuza Katina, ma setax jonqos li nippartecipaw permezz taghha.  Fil-fatt il-bicctejn ipprezentati kienu l-Katina tas-Salib ta’ Malta mahduma fl-1984 u l-500 pied Katina (l-akbar Katina f’ Malta) li nhadmet fl-1999.  Is-St. Joseph Fireworks Factory rnexxielha tirbah il-Kategorija ghall-Ahjar Xoghol tal-Ktajjen u tikklassifika fit-tieni post minn 14-il participant.  Bhalma wiehed jista` facilment jobsor, il-qofol tal-hidma tad-dilettanti tan-nar kollha tkun il-Festa ta’ San Guzepp, meta permezz ta’ diversi harqiet li jitqassmu matul il-granet kollha, jigi pprezentat Spettaklu Uniku ghal Hal Kirkop u ezempju ghal festi ohra ta’ kif issir harqa tajba, mimlija bi kwantita` u kwalita` u mzewqa b’ kull tip ta’ arti piroteknika, dejjem minghajr ezagerazzjonijiet zejda.

| In-Nar Ta' L-Ajru | 
[ Fuq ]
 

 

festa2008
::: Designed & Developed by Simon Attard, Terence Cesare & JesEllul - Copyright © 2007 - Socjeta` Muzikali San Guzepp Kirkop :::