fratellanza
 
  [ Album ]  
il-fundazzjoni tagha

Dun Ġużepp Barbara D.D. ħa l-pussess bħala kappillan ta’ Ħal Kirkop nhar is-17 ta’ Novembru 1876.  Fl-ewwel snin tal-parrokkat tiegħu, Barbara gie avviċinat minn numru ta’ devoti ta’ San Ġużepp biex iwaqqaf Fratellanza ad unur il-Kbir Patrijarka.  Dun Ġużepp jenfasizza dan fir-rikors li għamel biex din  il-Fratellanza tiġi mwaqqfa.  Ir-rikors u l-istatut bir-regolamenti miktuba mill-kappillan Barbara nnifsu, tressqu għall-approvazzjoni ta’ l-Isqof Konti Carmelo Scicluna.  Dan, permezz ta’ l-Amministratur tiegħu Mons. Antonio Buhagiar approva t-twaqqif tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp nhar l-10 ta’ Ġunju 1878.  L-ewwel professjoni tal-fratelli u konsorelli Ġużeppini saret fit-13 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena u pprofessa kwart tal-poplu ta’ Ħal Kirkop.

Dun Ġużepp mill-ewwel ħaseb biex jibda jiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp Patrun tal-Fratellanza l-ġdida.  Għal dan l-għan irregala lill-Fratellanza bosta opri mill-isbaħ li b’xorti tajba ħelsuha minn żewġ gwerer dinjija u għadhom isebbħu l-knisja parrokkjali tagħna fil-jiem tal-festa ta’ San Ġużepp.  L-imsieħba Ġużeppini ma qagħdux lura milli jgħatu sehemhom għat-twettiq ta’ aktar opri sagri.  Fosta dawn nsemmu: l-armar uniku u mill-aqwa ta’ l-Altar Maġġur flimkien mat-Tużell, l-Istandard il-Prim, il-Venumeral, it-trieħi u l-ventaltari flimkien mas-sett tal-fidda li jakkumpanja l-Purċissjoni f’nhar il-Festa.  Dan jinkuludi diversi lanterni u Kurċifiss sabiħ ferm.

Tiżboq bi ġmielha fuq kull ma semmejna, il-Fratellanza tippossjedi l-istatwa artistika u devota tal-Patrun San Ġużepp.  Din l-istatwa nġabet minn Marsilja fl-1884 bil-ħidma ta’ Dun Ġużepp Barbara D.D. u tħallset mill-Fratell Ġużeppi Agius. 

il-partecipazzjoni

Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp ingħaqdet ma’ dik ta’ Santu Rokku ta’ Ruma u għalhekk tgawdi l-istess drittijiet tagħha.  Fl-istess żmien wasal ukoll id-digriet li jipprivileġġja l-altar tal-Fratellanza mill-Papa Ljun XIII.  Sa mit-twaqqif tagħha l-Fratellanza bdiet tiegħu sehem fil-purċissjoni rogazzjonali ta’ San Girgor fiż-Żejtun.

Ipparteċipat ukoll fil-Kungress Ewkaristiku ta’1913.  Il-Fratellanza ta’ San Ġużepp għexet żminijiet sbieħ u oħrajn diffiċli, madanakollu l-festa f’ġieħ San Ġużepp ma naqset fl-ebda żmien, u l-imħabba kbira lejn dan il-Glorjuz Patrijarka ma ttiefset qatt.  Fl-aħħar għaxar snin reġgħu bdew isiru l-professjonijiet tal-fratelli.  Dawn il-professjonijiet jiżguraw il-futur fis-sod u jkomplu jġeddu u jseddqu l-ħidma tal-Fratellanza b’risq it-tixrid tad-devozzjoni lejn San Ġużepp – Patrun tal-Knisja Universali.

| L-Istatwa | 

[ Fuq ]

 

 

festa2008
::: Designed & Developed by Simon Attard, Terence Cesare & JesEllul - Copyright © 2007 - Socjeta` Muzikali San Guzepp Kirkop :::