L-isem Guzeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li gejja minn 'Jasaf' li tfisser tkattar. L-ewwel zewg personaggi li jiktbu fuq dan il-Qaddis huma San Mattew u San Luqa. Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta' dan ir-ragel b'kelma wahda li kien "Gust" (Matt.2,v 19). Allura kien innocenti, pur, kast, virtuz. Rett, mimli setgha biex jeghleb il-passjonijiet tieghu, u kellu bilanc tajjeb bejn dak li hu uman u dak li hu Divin. Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tieghu lejn martu li ma hargitx tqila minnu. Il-Fidu u t-tama offrewlu ferh, ottimizmu u mhabba. L-imhabba ddominatlu hajtu.
Wara San Guzepp intesa jew ahjar twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Gesu. San Guzepp rega beda jissemma fir-raba' seklu minn San Gwann Grizostmu u San Gilormu u Santu Wistin. San Gilormu enfasizza fuq il-Verginita ta' Marija, allura biex jiccara dan il-punt, semma l-Kastita ta' Guzeppi. Santu Wistin tkellem fuq il-qdusija, iz-zwieg tieghu. Rega twarrab San Guzepp fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 il-seklu meta rega' ssemma minn San Tumas, li kiteb fuq iz-zwieg qaddis ta' Guzeppi u Marija u fuq il-Verginita taghha. Kiteb fuqu wkoll l-J.Gerson (1363 - 1429). L-Arcisqof ta' Cambrai kien ghamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Guzepp fl-1495. San Bonaventura, il-kittieb Frangiskan tant maghruf, kiteb fuqu wkoll. San Bernard ta' Siena ghamel studju wkoll billi ha hsieb jghaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-taghlim jingabar fi ktieb wiehed. Isidoro Isolari ghamel trattat ta' Teologija Guzeppina fis-seklu hmistax: "Summa de Donis S.Joseph".

Aktar studju fuq dan il-qaddis insibuh f'dawn l-ahhar sekli. Fit-8 ta' Dicembru ta' l-1870, San Guzepp gie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u giet maghzula il-gurnata ta' 19 ta' Marzu, biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX. Fuq San Guzepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII. Il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Guzepp bhala Patrun tal-Haddiema. Il-Beatu Gwanni XXIII, fid-9 ta' Mejju 1960, kien qal li San Guzepp huwa l-ezempju, il-mudell li jsolvi l-problemi taghna tax-xoghol u fl-ittra tieghu tad-19' ta' Marzu 1961, dan il-qaddis gie meqjus bhala dak li jhares il-Koncilju Vatikan II.
|