Is-Socjeta` mwaqqfa minn Dun Guzepp Barbara D.D. fl-1886, htigilha membri li jkunu lesti jmexxuha fuq bazi demokratika. It-tliet karigi ewlenin ta’ President, Segretarju u Kaxxier ikunu certament mhux biss l-aktar impenjattivi, izda wkoll spiss taht skrutinju minn dawk li jkollhom ghal qalbhom il-gid tas-Socjeta` u l-Festa.
L-amministrazzjoni tas-Socjeta` Guzeppina hija mghobbija mhux biss bir-responsabbilta` li zzomm il-Kazin haj u attiv matul is-sena, izda li wahedha u minghajr ghajnuna ulterjuri torganizza l-Festi esterni ad unur San Guzepp. Ghalhekk il-membri tal-Kumitat ma jistghux ikunu persuni li qajla jersqu lejn il-Kazin, ghaliex il-hidma nvoluta titwettaq tul is-sena kollha. Fl-ahhar aggornament ta’ l-Istatut li sar fis-sena 2005, il-karigi fi hdan il-Kumitat gew imqassma b’ tali mod li kull fergha fi hdan is-Socjeta` tkun rapprezentata fil-Kumitat Centrali. Hekk minbarra l-pozizzjonijiet ta’ President, Segretarju, Kaxxier u l-assistenti taghhom, hemm rapprezentanza mill-Banda, mill-Armar, min-Nar u mill-Fratellanza u Membru. Permezz ta’ l-istess Statut, inghatat il-fakulta` lis-Soci Nisa biex ikunu jistghu jikkontestaw elezzjonijiet ghall-karigi fil-Kumitat, liema prezenza femminili giet introdotta ghall-ewwel darba fl-2007. Barra minn hekk il-Kumitat ghandu wkoll id-Direttur Spiritwali, l-Arkivista u diversi rapprezentanti ohrajn. Lejn it-tieni nofs tas-snin disghin, is-Socjeta` bdiet tigi organizzata ahjar u decizjonijiet trivjali bdew jittiehdu direttament minn min hu kkoncernat. Ghalhekk twaqqfu diversi sezzjonijiet fosthom taz-zghazagh, tan-nisa, ta’ l-armar u tan-nar u l-kummissjoni banda. Dan il-fattur serva mhux biss biex aktar persuni jkunu nvoluti fit-tmexxija tas-Socjeta`, izda wkoll biex kibret il-Festa b’ ritmu mghaggel.
Il-Kumitat izomm kuntatt mas-Soci u l-Partitarji mhux biss permezz tan-newsletter Il-Guzeppini, li tkun ippublikata kull tliet xhur, izda wkoll permezz ta’ diversi cirkulari kull meta jinhass il-bzonn. Il-Kumitat Centrali jixxolja ta’ kull sena lejn l-ahhar t’ Ottubru biex ikun jista’ jigi elett Kumitat gdid fis-Seduta Generali Annwali. |
President |
Joseph Attard |
Segretarju
Joseph Grech |
Vici-President
Josef Borg |
Kaxxier
Jesmond Mizzi |
Assistent Segretarju
Angelo Schembri |
Direttur Spiritwali Patri Adriano Jos. Cachia OFM |
Assistent Kaxxier
Felix Debono |
|
Membri |
|
Leonard Camilleri, Jimmy Attard, Joseph Abdilla, David Debono, Joseph Cutajar, Jesmond Gatt, Joseph Debono |
|