Is-Sena Anniversarja (It-tieni parti)
Wasalna ghall-ahhar xahar u artiklu ta' sena tassew importanti ghas-socjeta` taghna. Fl-artiklu li ghadda taghjna harsa lej il-progetti kbar li kienu twettqu fil-gimgha ta' Marzu. Issa jmiss it-tieni parti li fiha ser naraw punti ewlenin tac-celebrazzjonijiet li saru f'Lulju ghal din is-sena anniversarja.
L-Erbgha:
Ghal din is-sena il-Programm strumentali u vokali sar nhar l-Erbgha tal-Festa taht il-Patrocinju tal-President Emeritus Dr. Edward Fenech Adami. Il-Programm kien moghni b’repertoire ta’ muzika b’hafna stili u kien assistit bil-prestazzjoni tal-kantant Renato. Waqt il-programm sar it-tlugh tal-istatwa ta’ San Guzepp li zzanznet f’Marzu li ghadda ghal-ewwel darba fuq il-Pedestall tal-pjazza. Wara l-programm il-President Emeritus gie mistieden jikxef lapida komemorattiva fis-sala tal-Kazin li timmikara dan l-anniversarju. Din tbierket mill-Kappilan Fr. Noel Camilleri u wara sar reciviment.
Il-Gimgha:
Din is-sena assistejna ghall-progett li s-sezzjoni zghazagh ippreparat matul din is-sena – Sett Bandalori godda mill-isbah ghal misrah Hal Kirkop. Il-Bandalori juru personaggi li b’kitbietom u bit-taghlim taghhom kabbru u xerdu d-devozzjoni lejn San Guzepp. Fil-marc hadu sehem ukoll il-kantanta prometenti Luana u kif ukoll Claudia Faniello b’diski li saru ghall-anniversarju ta’ din is-sena.
Is-Sibt:
Wara programm muzikali iehor mill-Banda San Guzepp, l-ghaqda tan-nar “St. Joseph Fireworks Factory” paxxiet lid-dilettanti kollha tan-nar u lil dawk prezenti bil-wirja li tat.
Il-Hadd:
Il-jum tant ghaziz u l-qofol tal-anniversarju. Wara l-marc tradizzjonali tas-siegha kien imiss il-hrug processjonali tal-istatwa ta’ San Guzepp – Il-125 wahda. Kienet tassew notevoli in-numru ta’ partitarji u devoti li attendew ghal dan l-aveniment. Waqt il-purcissjoni wiehed setgha jgawdi ukoll il-murtali kbar tal-loghob li ghal darb’ohra regghu paxxew lil dawk prezenti. Qabel id-dhul tal-Purcissjoni, il-kantanta maghrufa Mary Spiteri kantant l-innu “Ifrah Thenna, Ragel Gust” fost il-folla li ngemghet. Wara d-dhul sar il-marc tan-nar fejn ghal darb ohra reghet hadet sehem il-kantanta Luana
B’hekk intemmet din il-festa anniversarja li kienet ukoll xhieda ta’ spettakli kbar ta’ nar, muzika, briju u armar gdid f’9 toroq u z-zuntier li fih zzanznu zewg gruppi statwarji godda. Grazzi mill-qalb lil kull min, mill-kbir saz-zghir, ghen biex stajna niccelebraw il-125 sena anniversarju u l-akbar festa ta' Hal Kirkop.
| L-Istatwa |
Ritratt: Il-Hrug Processjonali tal-Istatwa ta' San Guzepp nhar it-12 ta' Lulju 2009