Sa minn hafna snin ilu, ghalkemm ma kinux involuti jew rapprezentati direttament fis-Socjeta`, il-Partitarji Nisa Guzeppini dejjem taw is-sehem shih taghhom biex tigi organizzata Festa xierqa f’ gieh San Guzepp.  Dan sar permezz tal-gbir mhux biss ghall-Festa, izda ghal opri artistici li ghadna ngawduhom u niftahru bihom sal-lum.  Fost dawn nistghu insemmu l-Innu l-Kbir lil San Guzepp, li nkiteb minn Mro. Joseph Abela Scolaro fis-snin hamsin u l-Bradella Artistika ghall-Istatwa ta’ San Guzepp li tlestiet fl-1975 fuq disinn ta’ l-ebanista Manuel Buhagiar.  Il-kisba lura tal-permessi esterni ghall-Festa ta’ San Guzepp, tat dimensjoni gdida lir-rwol tal-mara fi hdan is-Socjeta` Guzeppina.  In-Nisa hadu hsieb mhux biss il-gbir ghall-pavaljuni l-godda tat-toroq tar-rahal, izda wkoll il-hjata taghhom.  Fi ftit tas-snin, Hal Kirkop gie armat kollu b’ pavaljuni unici f’ Malta kollha mpittra b’ episodji mill-hajja tal-Kbir San Guzepp.  Fost l-ohrajn f’ dawn iz-zminijiet tad-deheb nistghu insemmu lil: Salvina Polidano, Maria Grech, Maria Falzon, Maria Agius, Karmni Borg, Katarin Agius, Vivvy Abdilla, Lily Debono, Carmen Zahra, Carmen Bezzina u Carmen Mizzi.  Fil-bidu tas-snin tmenin l-ghajnuna ta’ dawn in-nisa lejn is-Socjeta` li dejjem haddnu u habbew, kotrot bil-bosta tant li bdew jorganizzaw hafna attivitajiet bl-ghan li d-dhul ikun ta’ sostenn lill-Kumitat Centrali fl-ispejjez tal-Festa u tal-Kazin. 

Fl-istess Seduta tat-3 t’ Ottubru 1996 li fiha twaqqfet is-Sezzjoni Zghazagh, gie deciz li titwaqqaf ukoll is-Sezzjoni Nisa Guzeppini.  In-nisa din id-darba kien pjuttost ucuh godda mis-snin tmenin, fosthom; Doris Cachia, Annie Camilleri, Victoria Camilleri, Evelyn Mizzi, Inez Agius, Rita Grech, Carmen Cefai, Maryrose Debono, Mary Theuma, Justine Axiaq, Anouska Zammit u ohrajn.  Fost l-ohrajn mill-gbir li sar minnhom fuq diversi snin b’ risq is-Socjeta`, fl-2001 izzanzan il-poggaman tat-tarag tal-Kazin, li sewa madwar tliet elef lira.  Lanqas fil-hjata ma qaghdu lura n-nisa.  Bhala ezempji nsemmu l-bnadar tal-briju, sett muzzetti ghall-Fratellanza ta’ San Guzepp u 8 bandalori ghat-trofej tat-Triq tal-Kazin fl-2003.

| Is-Sezzjoni Zghazagh | 
[ Fuq ]

 

 

 

festa2008
::: Designed & Developed by Simon Attard, Terence Cesare & JesEllul - Copyright © 2007 - Socjeta` Muzikali San Guzepp Kirkop :::