[ Album ]  
l-istatwa

Fost l-ewwel inizjattivi li ha Dun Guzepp Barbara D.D., wara li waqqaf il-Fratellanza ta’ San Guzepp fl-1878, kien hemm dik li l-imsemmija Fratellanza jkollha statwa artistika li tkun xbieha denja tal-Patrun taghha.  Din ix-xewqa setghet tigi realizzata biss permezz tal-generozita` kbira tal-Fratell Guzeppin Giuseppe Agius – negozjant Furjaniz li kien mizzewweg lil Vincenza minn Hal Kirkop.  Originarjament din l-istatwa hekk ghaziza u ghal qalb il-Koppin, kienet destinata ghall-Parrocca tal-Furjana – rahal twelid il-benefattur, izda martu kkonvincietu biex jirregalaha lill-Fratellanza Guzeppina Koppija.  Din l-istatwa thallset minn Agius b’ ringrazzjament ghal weghda li qala` bl-intercessjoni tal-Glorjuz San Guzepp.  Hija statwa mill-isbah mahduma minn kompozizzjoni ta’ gibs u kartapesta fil-Fabbrika Galard et Fils ta’ Marsilja, Franza.  Swiet 25 lira sterlina u waslet Hal Kirkop fis-sena 1884.  Mill-ewwel sarulha pedestal u bradella.  Minkejja li l-bradella kienet wahda semplici, il-pedestall kien ta’ xorta ohra.  Fil-fatt dan il-pedestall hareg mid-disinn ta’ Dun Guzepp Barbara D.D. inniffsu, u gie skulturat fl-injam minn Giovanni Farrugia (iben l-iskultur Zejtuni Xandru) u ndurat minn Salvatore Filani.  Dan il-pedestall gie ndurat mill-gdid minn Publius Agius mill-Furjana fis-sena 1976.  Huwa mistenni li intervent iehor ta’ nduratura ser isirlu fis-sena 2009 mill-induraturi Mario u Ruben Camilleri Cauchi fl-okkazjoni tal-125 Sena mill-wasla ta’ l-Istatwa ta’ San Guzepp u eventwalment tal-pedestall inniffsu.  Sa mill-ewwel snin wara l-migja ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp, din nisslet devozzjoni kbira fost kemm Koppin u barranin.  Il-Koppin urewha b’ diversi ghotjiet ta’ dehbijiet, filwaqt li l-barranin waqqfu nicec fl-irhula ta’ madwar u ghazlu lilha bhal xbieha Guzeppina.  Fost l-ohrajn nistghu insemmu z-Zurrieq, l-Imqabba, Hal Ghaxaq, Benghaisa, Hal Luqa u sahansitra l-Mosta. 

wara il-gwerra

Wara li ghaddiet it-Tieni Gwerra Dinjija, inhass il-bzonn li din l-istatwa hekk sabiha tigi ndurata mill-gdid, ghalhekk wara l-Festa ta’ l-1949, ittiehdet il-Birgu ghand l-induratur Lorenzo Gatt permezz ta’ trakk misluf mill-Partitarju Nazzareno Attard (iz-Zlieq).  F’ dan l-intervent il-karnaggjon ta’ San Guzepp u l-Bambin tghatta b’ boroz tal-karti biex jigi kkonservat dak originali ta’ Marsilja.  L-istatwa waslet lura Hal Kirkop lejn l-ahhar t’ April 1950.  Twasslet sa Triq Valletta u minn hemm bdiet Purcissjoni lejn il-Knisja, akkumpanjata mill-Banda San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq.  Ghal dik l-okkazjoni kienu tqassmu diversi cinturini ta’ musketterija fuq bjut ta’ partitarji li sellmu u taw merhba lura lill-istatwa minn kull fejn ghaddiet.  Ftit tas-snin wara bdiet titqanqal ix-xewqa li ssir Bradella sabiha li tkun tixraq lil statwa daqstant iehor sabiha.  Gie avvicinat l-iskultur maghruf Emmanuel Buhagiar li pprezenta disinn mill-aqwa li kien jinkorpora fih ukoll diversi statwi.  Bl-iskuza li San Guzepp ser ikollu bradella isbah mill-parrocca, dan id-disinn ma ntlaqax mill-Awtoritajiet Ekklezjastici u ghalhekk l-imsemmi disinjatur Buhagiar kellu jaghmel disinn iehor aktar semplici li jkun accettat.  Wara diversi snin ta’ battibekki bejn il-Fratellanza u l-Kurja, fl-ahhar sebah il-Jum ghaziz tas-27 t’ April 1975 meta l-bradella, mahduma minn Guzeppi Galea u skulturata minn Salvu Bugeja, waslet ghall-ewwel darba f’ Hal Kirkop, akkumpanjata mill-Banda San Guzepp, fost entuzjazmu kbir mill-Partitarji.  Is-Sena 1978 kienet Sena Centinarja tal-Fratellanza u ghal dik l-okkazjoni l-istatwa ta’ San Guzepp qabel iddahhlet lura fil-Knisja (fil-Purcissjoni ta’ Jum il-Festa), giet imdawra wiccha l’ barra fuq iz-zuntier.  B’ hekk l-istatwa ta’ San Guzepp saret l-ewwel vara processjonali Koppija li ddawret qabel ma dahlet fil-Knisja. 

1984

Is-sena 1984 kienet timmarka gheluq l-l-ewwel centinarju mill-wasla ta’ l-Istatwa f’ Hal Kirkop.  Fost il-progetti li thejjew sa minn snin qabel, kien hemm dak tar-restawr u l-induratura ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp.  Gie avvicinat l-induratur maghruf Horace Farrugia ta’ l-Imdina li bi prezz ta’ Lm2,000 accetta li jindura mill-gdid din il-Gawhra tal-Koppin.  Hekk kif ghaddiet il-Festa ta’ l-1983, l-istatwa ttiehdet fir-remissa ta’ David Mizzi li tinsab fi Triq San Leonardu.  Hemmhekk sar ix-xoghol ta’ restawr tal-bazi ta’ l-istatwa minn Dennis Bennett.  Kif ix-xoghol tlesta, l-istatwa ttiehdet fil-Belt Siekta permezz tal-vann ta’ Anglu Spiteri (in-Nusnos).  Il-karnaggjon gie mizbugh b’ sengha kbira mill-artist Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi.  Nhar it-Tnejn 1 ta’ Lulju l-istatwa ngabet mill-Imdina b’ carcade sa tarf ir-rahal fejn sabet gemgha kbira ta’ partitarji u devoti jistennewha b’ entuzjazmu kbir.  Minn hemm beda marc mat-toroq tar-rahal kollu bl-akkumpanjament tal-Banda San Guzepp.  Kif l-istatwa waslet f’ Misrah Hal Kirkop, Patri Adrijanu J. Cachia ofm – Direttur Spiritwali tas-Socjeta` tela` fuq il-bradella u libbes 2 pari sandlijiet tad-deheb mahduma mill-filugranu lil San Guzepp u l-Bambin, fost ic-capcip u l-ghajjat ta’ dawk kollha prezenti li honqu c-centru tar-rahal.  Kif l-istatwa waslet fuq iz-zuntier giet imbierka mill-istess Patri Adrijanu, biex imbaghad iddahhlet lura fil-Parrocca ghall-habta tal-11pm.  F’ Settembru tas-sena 2004, tnaddaf il-karnaggjon ta’ l-istatwa minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi u giet moghtija vernicetta biex tikkonserva l-istat meraviljuz li tinsab fih l-istatwa.  Fl-2009 din il-Gawhra taghlaq 125 sena f’ Hal Kirkop u ghalhekk qed jigu mhejjija Festi Kbar li jkunu jixirqu ghall-okkazjoni.

| Il-Glorja ta' San Guzepp | 
[ Fuq ]
 

 

festa2008
::: Designed & Developed by Simon Attard, Terence Cesare & JesEllul - Copyright © 2007 - Socjeta` Muzikali San Guzepp Kirkop :::