Is-Socjeta` Guzeppina giet imwaqqfa fl-1886 mill-Kappillan Dun Guzepp Barbara D.D. bhala estensjoni tal-Fratellanza ta’ San Guzepp li hu stess kien waqqaf 8 snin qabel. Il-hsieb kien biex din bhala Socjeta` awtonoma mill-Knisja, izda id f’ id mal-Fratellanza, tibda tiehu hsieb il-Festi Esterni ad unur il-Patrun Universali San Guzepp. Dun Guzepp Barbara D.D. kien l-ewwel President taghha u fetah l-ewwel Kazin fi Piazza Maggiore (illum Misrah Hal Kirkop), ezattament wara s-salib tal-Misrah. Minn hemm is-Socjeta` mxiet ghal Triq il-Parrocca, zewg bibien ‘l isfel minn fejn jinsab il-Kazin illum (dar tal-Familja Cassar), sakemm fl-1939 dahlet fil-bini prezenti li dak iz-zmien kien proprjeta` ta’ Antonio Vassallo (Znubri) b’intervent tal-partitarju Pawlu Bonnici. Bejn it-twaqqif tas-Socjeta` u t-Tieni Gwerra Dinjija, kien hemm 4 Presidenti differenti; il-Fundatur Dun Guzepp Barbara D.D., Spiridione Bartolo, Dr. Giuseppe Bartolo u Salvatore Spiteri.
Wara l-Gwerra l-hajja bdiet tirpilja, u maghha wkoll is-Socjeta` specjalment bit-twaqqif tal-Banda fil-5 ta’ Frar 1950. Wiehed mill-isbah mumenti fil-hajja tas-Socjeta` Guzeppina, kien zgur is-16 ta’ Jannar 1985 meta saret sidt darha, u kienet l-ewwel ghaqda f’ Hal Kirkop li kellha Kazin proprjeta` taghha ! Fil-fatt dakinhar kien inxtara l-bini tal-Kazin minghand il-werrieta ta’ Antonio Vassallo. Fost il-Presidenti ta’ wara l-Gwerra nistghu insemmu lil Luigi Polidano, Toni Theuma, Joe Debono, Michael Baldacchino, Joe Attard u dak prezenti Joe Camilleri. Fost il-Presidenti Onorarji li kellha din is-Socjeta` nistghu insemmu lil Guzeppi Falzon, Toni Theuma u Anglu Theuma li dawn inghataw l-ahhar tislima bil-Banda fil-funeral taghhom. Fost dawk prezenti insemmu lil Mr. Patrick Zammit u Dr. Alfred Grech, li huma wlied ir-rahal u l-Onor. Joe Debono Grech li dejjem ghen lis-Socjeta` f’ kull bzonn.
Is-Socjeta` Guzeppina organizzat bil-kbir tliet centinarji igifieri tal-Fratellanza fl-1978, ta’ l-Istatwa fl-1984 u tas-Socjeta` nnifisha fl-1986. Minnhom nistghu nghidu li harget bl-unuri kollha. Saru wkoll ic-celebrazzjonijiet specjali f’ gheluq il-50 Sena Banda fis-sena 2000 u f’ gheluq il-125 Sena mit-twaqqif tal-Fratellanza fl-2003. Is-Socjeta` hija ffurmata mhux biss minn Kumitat Centrali li jinhatar b’ mod demokratiku ta’ kull sena fis-Seduta Generali, izda ghandha wkoll diversi sezzjonijiet iddelegati bix-xoghol tal-Festa – Sezzjoni Zghazagh, Sezzjoni Nisa, Ghaqda ta’ l-Armar, St. Joseph Fireworks Factory u Kummissjoni Banda. |