Kif il-herba li halliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija bdiet ittaffi u l-poplu stejqer mill-hbit u l-qtil ta’ l-ghadu, il-Guzeppini Koppin hasbu biex huma wkoll jergghu jaghtu l-hajja mill-gdid lill-Festa ta’ San Guzepp. Karmnu Debono li dak iz-zmien kien Kaxxier tas-Socjeta` beda jheggeg lill-Partitarji zghazagh biex jibdew jinteressaw ruhhom fil-muzika halli jitghallmu strument u fi zmien qasir titwaqqaf il-Banda. Dan kien fl-1947, sentejn biss wara t-tmiem tal-Gwerra u ghalhekk wiehed jista` jinnota kif il-hajja tal-Kazin kienet regghet dlonk irpiljat u anke l-kuragg tal-Fundatur tal-Banda Karmnu Debono (il-Bott). Il-Kumitat ta’ dak iz-zmien kien iffurmat minn diversi persuni, fosthom: Salvu Spiteri, Guzeppi Bonnici, Censu Attard, Karmnu Debono, Ganni Theuma, Wigi Polidano, Pawlu Falzon u Karmnu Spiteri. In-nuqqas tal-banda kien jinhass u wara li l-Kumitat gie avzat minn Karmnu Debono bl-interess fil-banda, issejhet Seduta Generali. Ingabu argumenti favur u kontra t-twaqqif tal-banda, izda fis-sew hadd ma kien kontra t-twaqqif tal-banda. L-uniku xetticizmu li kien jezisti kien biss li peress li l-poplu kien maghkus mill-finanzi, kienet ser tkun difficli biex is-Socjeta` tidhol ghall-ispejjez biex tarma banda. Izda x-xrara saret huggiega u fil-votazzjoni li ttiehdet, ghaddiet li s-Socjeta` ssir Muzikali u li ghandu jibda jsir it-taghlim tal-muzika.

Gigi Farrugia, Bormliz evakwat f’ Hal Kirkop, informa lill-Kumitat li kien jaf Surmast tajjeb, Bormliz bhalu, bl-isem ta’ William James (Jimmy) Worley. Il-Kumitat avvicinah u s-Surmast Worley talab sitt liri fix-xahar bhala paga. Dak iz-zmien din kienet cifra gholja, izda l-Kumitat fada f’ idejn il-providenza ta’ San Guzepp u ghall-grazzja t’ Alla l-benefatturi ma naqsu qatt. Biex il-Banda ma tkunx ta’ piz fuq is-Socjeta`, kienet issir gabra fil-gimgha minn fuq is-soci, li biha kienu jithallsu l-paga u t-trasport tas-Surmast. L-ghazla ghall-isem li kellha tinghata l-Banda kien wiehed ovvju: San Guzepp, il-Kbir Qaddis li HU biss jaf is-sagrificcji li ghamlu l-Koppin biex ikattru d-devozzjoni vera lejh ! Is-Soci Karmnu Falzon u Kalcidon Caruana bdew jigbru l-ismijiet ta’ dawk li kienu mhajra jitghallmu strument u komplew javvicinaw aktar, biex il-Banda San Guzepp ma tkunx nieqsa la fil-kwalita` u lanqas fil-kwantita`. It-taghlim beda jsir darba fil-gimgha, izda meta l-bandisti prospettivi bdew jitharrgu fuq l-istrument, is-Surmast Worley beda jaghmel gimgha taghlim u gimgha kuncert. Il-kumitat haseb biex jixtri l-istrumentatura u ghal dan il-ghan intghazlet id-Ditta Carabott tal-Belt Valletta. L-istrumenti li nxtraw mill-Kazin kienu dawn: 2 Klarinetti, 2 Sax Corni, 2 Baxxi, Sax Baritonu, 2 Trumbuni, Katuba, Tambur u Piatti. Strumenti ohra nxtraw mill-bandisti godda stess. Wara sentejn ta’ taghlim iebes u bla waqfien, il-bandisti kienu lesti biex jaghmlu d-debutt taghhom fil-pubbliku. Intghazlet il-gurnata tal-Hadd 5 ta’ Frar 1950 biex il-Banda tesegwixxi programm muzikali fil-Pjazza tar-rahal waqt fiera li l-qliegh minnha jmur b’ risq il-Festa ta’ San Guzepp. Dakinhar ghas-7pm, il-Banda San Guzepp immexxija mis-Surmast Direttur Jimmy Worley, esegwiet bcejjec ta’ muzika operistika ghall-ahhar fosthom; La Gioconda, I Puritani, Andrea Chenier, Bambolina, La Forza del Destino u Guaraney. Ippartecipaw ukoll is-solisti Anglu Theuma bl-euphonium u Joseph Grech bil-kwartin fis-siltiet Andrea Chenier u Bambolina rispettivament. Ghal dan il-Programm iddebuttaw 25 Bandist tal-Post ! Il-Bandisti li daqqew ghall-ewwel darba dakinhar kienu dawn li gejjin: Salvu Grech, Anglu Cassar, Guzeppi Agius, Nardu Sacco u Salvu Debono bil-Klarinett, Joseph Grech bil-Kwartin, Ninu Abdilla, Francis Farrugia, Ninu Attard, Ninu Azzopardi u Guzeppi Falzon bil-Kurunetta, Kalcidon Caruana, Toni Theuma u Nardu Azzopardi bis-Saxaphone, Zaru Mizzi u Benjamin Sacco bil-Kornu, Karmnu Falzon u Guzeppi Abdilla bl-Althorns, Anglu Theuma bl-Euphonium, Ganni Debono u Nardu Attard bit-Trumbuni, Guzeppi Callus bil-Baxx, Nardu Attard bit-Tambur, Wigi Axiaq bil-Piatti u Nenu Farrugia bil-Katuba. Wara dan il-Kuncert li tant intlaqa` tajjeb minn dawk li attendew, il-Kumitat ghamel talba lis-Surmast Worley biex jikkomponi Innu lil San Guzepp li ndaqq f’ Mejju ta’ l-istess sena. Fil-Festa ta’ l-1952 sar ghall-ewwel darba il-marc popolari tas-siegha f’ Jum il-Festa. Okkazjoni ohra fis-sena 1952 kienet li fis-26 t’ Awissu l-Banda San Guzepp akkumpanjat lil Dun Nard Farrugia fl-okkazjoni tal-Prima Messa.
Is-sena 1952 ma spiccatx ward u zahar ghax l-emigrazzjoni bdiet thalli l-effetti u l-bandisti bdew jonqsu. Kontra qalbu s-Surmast Worley ta l-parir lill-Kumitat biex ixolji l-Banda. Izda dan ma kellux ikun it-tmiem tal-Banda San Guzepp. Gie avvicinat is-Surmast Karkariz Carmelo Briffa biex ikompli jseddaq ix-xoghol ta’ Worley.

Il-Banda kienet tkun attiva f’ attivitajiet ta’ qliegh ghall-Festa. Fl-1965 inhatar bhala Surmast Direttur Mro. Michelangelo Farrugia miz-Zurrieq. Tkompla t-taghlim u aktar bandisti bdew johorgu jdoqqu. Rega` wkoll beda jsir il-Marc tas-Siegha. Mro. Farrugia spicca fl-1972 u floku nhatar Mro. Gaetano Zammit, Gudjan mizzewweg Hal Kirkop. Fi zmienu l-Banda San Guzepp bdiet tispikka tassew u minn hemm qabdet ir-ritmu li wassalha sa llum il-gurnata. Sena wara l-hatra ta’ Mro. Zammit, il-Banda San Guzepp giet mistiedna biex ghall-ewwel darba tippartecipa f’ festa ohra. Din kienet tal-Madonna tal-Grazzja f’ Haz-Zabbar. Il-Banda bdiet tiehu sehem ukoll f’ Lejliet il-Festa u kienet iddoqq l-Innu l-Kbir f’ gieh San Guzepp li kien ikkompona l-istess Surmast. Fl-1979 inhatar bhala Surmast Direttur Mro. Joseph M. Bilocca u l-banda kompliet tavvanza sa lahaq kellha 16-il servizz f’ sena wahda ! Fl-1980 beda jsir il-Marc f’ Jum il-Milied u dan baqa jsir b’ mod konsistenti sas-sena 2003. Fl-istess zmien inhadem plancier ghall-Banda mill-partitarju Guzeppi Falzon (il-Basla). Fis-snin tmenin bdew ukoll isiru r-recordings ta’ cassettes bil-marci brijuzi li llum il-gurnata evolvew f’ CDs. Fl-1984, il-Banda San Guzepp kellha x-xorti tilqa lura u takkumpanja l-istatwa tal-Patrun taghha fil-Migja mill-Imdina, wara li sarilha x-xoghol ta’ nduratura fl-okkazjoni t’ gheluq il-100 sena. Fl-1986, Mro. Bilocca kiteb Innu tal-Banda fl-okkazjoni tac-Centinarju tas-Socjeta` Guzeppina. Ghal xi snin ukoll, il-Banda kienet tesegwixxi programm ta’ marci funebri fil-Pjazza, fi zmien il-Gimgha l-Kbira. Fl-1993, Mro J.M. Bilocca rrizenja minn jeddu u ceda postu lil neputih Mro. Alfred Farrugia. Il-Kumitat irrikonoxxa l-hidma kbira li wettaq fostna s-Surmast Bilocca u hatru bhala Surmast Onorarju. Sa mill-ewwel sena li dderiega l-Banda Mro. Farrugia, inghatat spinta lill-Programm Strumentali ta’ Lejliet il-Festa, b’ kollaborazzjoni ma’ l-Ghaqda tan-Nar tas-Socjeta`. Fl-1996 izzanzan Innu Marcia gdid bl-isem: Lill-Banda San Guzepp, kompozizzjoni tas-Surmast Farrugia fuq versi tal-Kav. Gorg Bianchi. Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Hal Kirkop, fl-1997 sar ghall-ewwel darba il-Karnival tar-rahal u l-Banda San Guzepp (l-unika Banda Koppija li ppartecipat) hadet sehem bit-tema “Haddiema fuq Xoghlhom”. Fl-1998 inhatar bhala Surmast Direttur, Mro. Brian Cassar li ha b’ aktar impenn it-taghlim ta’ l-allievi u fiz-zmien li ilu jmexxi l-Banda, hargu numru tajjeb ta’ bandisti godda. Fl-10 ta’ Dicembru 1999, fuq stedina tal-Kumitat Festi Nazzjonali, il-Banda San Guzepp ghamlet marc tul Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta fl-okkazjoni ta’ gheluq il-25 Sena mindu Malta saret Repubblika.

Is-Sena 2000 kienet sena mpenjattiva hafna ghall-Banda San Guzepp specjalment fl-okkazjoni t’ gheluq il-50 Sena mit-twaqqif taghha. F’ Jannar kienet ghal darb’ ohra l-unika Banda Koppija li hadet sehem f’ attivita’ filantropika organizzata mill-Kunsill Lokali tar-rahal. Fi Frar sar ir-recording ta’ l-ewwel CD ta’ marci brijuzi bit-tema: “Ma’ San Guzepp fit-Tielet Millennju”. Imbaghad fl-10 ta’ Marzu saret Velja Guzeppina fil-Knisja ta’ Giezu r-Rabat u l-Banda San Guzepp ippartecipat fuq stedina tal-Banda L’ Isle Adam. L-istess okkazjoni giet ripetuta xahrejn wara fis-Santwarju ta’ Loretu Ghajnsielem Ghawdex, bl-organizzatrici din id-darba tkun il-Banda San Guzepp t’ Ghajnsielem. Nhar il-Hamis 25 ta’ Mejju l-Banda San Guzepp esegwiet Programm Strumentali kbir fl-okkazjoni tac-Cinkwantinarju mit-twaqqif taghha, taht il-Patrocinju ta’ l-E.T. il-Profs. Guido deMarco President ta’ Malta. Wara huwa stess kixef lapida fl-intrata tal-Kazin u giet imbierka mill-E.T. Mons. Arcisqof Emmanuel Gerada. Fis-sena 2003 gie mfakkar gheluq il-125 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza, u ghal dan il-ghan il-Kumitat b’ kollaborazzjoni mal-Kappillan Dun Karm Camilleri, organizza Akkademja Muziko-Letterarja fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Banda San Guzepp. Din saret l-nhar l-Erbgha 9 ta’ Lulju u fiha nkiseb success kbir. Fl-2006 l-Banda rrekordjat it-tieni CD ta’ marci Brijuzi taghha b’ sistema professjonali ghall-ahhar. Sa dan it-tant is-servizzi tal-Banda komplew joktru u fost l-ohrajn il-Banda daqqet fl-Imqabba, l-Gudja, Hal Ghaxaq u Haz-Zabbar. Fis-27 t’ April 2007, fuq stedina mill-Kunsill Lokali fl-okkazjoni taz-Zjara tal-Big Band ta’ Rousset, il-Banda San Guzepp esegwiet Programm Strumentali ta’ livell gholi hafna fil-Pjazza tal-Knisja. Hawn il-Banda San Guzepp irnexxielha tisboq bil-kbir lil rapprezentanza muzikali ohra minghajr elementi tal-post li daqqet ftit qabel. L-ikbar impenn annwali jibqa’ l-Programm Strumentali ta’ Lejliet il-Festa ta’ San Guzepp, meta l-Banda San Guzepp sostnuta bil-kbir mill-Bandisti tal-Post taghti wirja eccellenti ta’ muzika mill-isbah u mpenjattiva dejjem taht id-direzzjoni tas-Surmast kapaci Mro. Brian Cassar. |